Home Net News Tliet persuni arrestati f’raid; jinstabu droga, armi, u flus

Tliet persuni arrestati f’raid; jinstabu droga, armi, u flus

38
0
SHARE
Advertisement

Tliet persuni ġew arrestati mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, dan wara li waqt rejd li sar ġewwa residenza u garaxx f’Ħal Qormi nstabu sustanzi suspettużi.

Waqt it-tfittxija mill-Pulizija, instabu sustanzi suspettati raża tal-kannabis, ħaxixa tal-kannabis, kokaina u eroina. Waqt it-tfittxija insabtu ukoll ammont ta’ flus kontanti, armi u affarijiet oħra relatati mal-abbuż u traffikar tad-droga fosthom miżien eletroniku u boroż fost oħrajn.

Il-persuni, li huma żewġt irġiel u mara li l-eta’ tagħhom tvarja bejn it-23 sena u l-35 sena u li huma residenti Ħal Qormi, il-Floriana u San Ġiljan, qegħdin jinżammu mill-Pulizija sabiex jgħinuha fl-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Natasha Galea Sciberras li ħatret diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata.

The post Tliet persuni arrestati f’raid; jinstabu droga, armi, u flus appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here