Home One News Opportunita` biex jistudjaw, jitħarrġu u jilgħabu bħala plejers tal-futbol fuq bażi fulltime

Opportunita` biex jistudjaw, jitħarrġu u jilgħabu bħala plejers tal-futbol fuq bażi fulltime

11
0
SHARE
Advertisement

L-MFPA estendiet il-kampanja edukattiva tagħha ta’ Life After Football, billi nehdiet l-MFPA Life After Football Scholarship b’kollaborazzjoni mal-ITS u l-MCAST. Din il-borża ta’ studju ser tgħati l-opportunita` lill-benefiċjarji li jattendu korsijiet ġewwa l-MCAST jew l-ITS fuq skeda flessibbli, waqt li jkunu jistgħu jitħarġu full-time mal-klabbs rispettivi tagħhom.

L-MFPA ser tkun il-punt ta’ kuntatt bejn il-benefiċjarji u l-istituzzjonijiet edukattivi sabiex jiġi aċċertat li l-lezzjonijiet u l-eżamijiet ma jaħbtux maliskeda ta’ logħob u taħriġ. L-Assoċċjazzjoni Maltija tal-Plejers ser tkun qed tgħin ukoll lill-benefiċjarji b’għajnuna finanzjarja, billi tħallas it-tariffi tal-korsijiet u tal-eżamijiet, kif ukoll billi tgħatihom allowance annwali.
Dan il-ftehim bejn l-MFPA u l-MCAST u bejn l-MFPA u l-ITS jimmarka okkażżjoni importanti u storika, fejn tlett entitajiet importanti qed jingħaqdu flimkien sabiex jiżguraw li plejers tal-futbol żagħżagħ jingħataw kull opportunita`sabiex jinvestu fil-futur tagħhom. L-Applikazzjonijiet ser ikunu miftuħin minn Mejju 2018. Għal iktar informazzjoni, wieħed
jista’ jikkuntattja l-MFPA fuq scholarship@maltafpa.com

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here