Home Net News Tfalli waħda mill-kumpaniji ta’ Cerberus

Tfalli waħda mill-kumpaniji ta’ Cerberus

40
0
SHARE
Advertisement

Il-fabbrika tal-armi tan-nar Remington, li hija waħda mill-kumpaniji ta’ Cerberus, ħabbret illi se tfalli wara li akkumula dejn ta’ $950 miljun.

Cerberus kien ilu snin twal tipprova teħles minn din il-kumapnija, iżda mingħajr ebda suċċess. Fil-fatt is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ Remington tant gravat illi spiċċat ikkollassat finanzjarjament.

Cerberus Capital hija l-kumpanija ewlenija li tidher reġistrata bħala sid ta’ Steward Healthcare – l-Amerikani li jsiru jixtru l-isptarijiet mingħand il-VGH.

F’Diċmebru li għadda konna rrappurtajna kif wara l-isem Steward Healthcare hemm il-kumpanija finanzjarja Cerberus Capital Management, li bis-saħħa tagħha Steward akkwistaw l-isptarijiet li kienu jitmexxew mill-Arċidjoċesi ta’ Boston.

Fatt ieħor interessanti hu li s-sena li għaddiet Cerberus preżentaw offerta biex jixtru l-Alitalia.

The post Tfalli waħda mill-kumpaniji ta’ Cerberus appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here