Home Net News Sitt plejers tal-Kampjonat Premier sopiżi

Sitt plejers tal-Kampjonat Premier sopiżi

38
0
SHARE
Advertisement
Sospensjonijiet kbar għat-Team Manager ta’ Floriana Anthony Grech Sant u l-uffiċjal ta’ Ħamrun Spartans Sean Anthony Scicluna

 

Sitt plejers mill-Kampjonat Premier kienu sospiżi wara l-partiti tad-19-il ġurnata li ntlagħbu bejn il-Ġimgħa u t-Tnejn li għadda. L-agħar li marru kienu Floriana u Ħamrun. Il-midfielder ta’ Floriana Clyde Borg ġie sospiż ħames logħbiet filwaqt li t-Team Manager Anthony Grech Sant ġie sospiż sat-13 ta’ Mejju u ngħata sospensjoni ta’ erba’ logħbiet. Clyde Borg se jitlef il-logħbiet li Floriana għandhom kontra Gżira, Mosta, Senglea, Naxxar u Sliema u jirritorna fl-aħħar żewġ logħbiet tal-kampjonat.

Ħamrun għandhom lill-koppja ċentrali Tiago Souza de Silveira u Daniel Zerafa sospiżi logħba. Il-kowċ Jacques Scerri ġie sospiż logħba wkoll filwaqt li l-uffiċjal ta’ Ħamrun Sean Anthony Scicluna ngħata sospensjoni ta’ 10 logħbiet. Souza de Silveira, Zerafa u l-kowċ Scerri se jitilfu l-konfront kontra Mosta.

Il-plejers l-oħra sospiżi kienu l-midfielder Ryan Grech ta’ Naxxar, id-difensur Stefano Biancardi ta’ Sliema u d-difensur ta’ Balzan Elkin Serrano Valero. Ryan Grech se jitlef il-logħba kontra Hibernians, Biancardi se jitlef il-logħba kontra Tarxien u Serrano Valero se jitlef id-derby kontra Lija.

Mill-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni, Adrian Caruana (Marsa), Michael Borg u Brandon Muscat (Mqabba), Caio Henrique Alves de Souza (Pembroke), Tensior Gusman (Qormi), Ethan Jay Goodman (Sirens), Andrè Farrugia (Vittoriosa), Nestor Luis Silva Canas, Gaetano Adamo u Clayton Camilleri (Żabbar) u Andrea Curmi (Żebbuġ) kienu sospiżi logħba. L-uffiċjal ta’ Mqabba Mario Borg ġie sospiż żewġ logħbiet.

Mill-Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni Didier Sohna (Birżebbuġa), David Azzopardi (Gudja), Cleaven Frendo (Marsaxlokk), Roderick Spiteri (Siġġiewi), Anthony Bonello (St. George’s) kienu sospiżi logħba. Elton Dimech (Għaxaq), Melchior Grech (Kirkop) u Alexander Cauchi (Żurrieq) kienu sospiżi logħba mill-Kampjonat tat-Tielet Diviżjoni.

The post Sitt plejers tal-Kampjonat Premier sopiżi appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here