Home Net News Alex McLeish f’diskussjonijiet mal-FA Skoċċiża

Alex McLeish f’diskussjonijiet mal-FA Skoċċiża

37
0
SHARE
Advertisement

Alex McLeish jinsab f’diskussjonijiet mal-FA Skoċċiża bil-possibbiltà li jirritorna fit-tmexxija tat-tim nazzjonali Skoċċiż. McLeish kien mexxa lill-Iskozja fl-2007 meta fallew bi ftit il-kwalifikazzjoni għal Euro 2008.

Hu ħalla l-kariga ta’ manager ta’ Birmingham  ftit anqas minn sena li ħa t-tmexxija tat-tim. It-Tlieta li għadda, McLeish li għandu 59 sena, spiċċa bħala l-favorit biex jieħu post l-eks sieħbu fit-tim ta’ Aberdeen Gordon Strachan.

Ilbieraħ kien hemm laqgħa tal-bord tal-SFA fejn kien diskuss ir-ritorn ta’ McLeish kif ukoll il-kariga vakanti ta’ Kap Eżekuttiv wara li Stewart Regan irriżenja fl-1 ta’ Frar. L-Iskozja tilgħab kontra l-Costa Rica f’Hampden Park fit-23 ta’ Marzu, qabel ma jilagħbu erbat ijiem wara kontra l-Ungerija.

The post Alex McLeish f’diskussjonijiet mal-FA Skoċċiża appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here