Home Net News Il-ħabs wara ġlieda b’sikkina fix-Xewkija

Il-ħabs wara ġlieda b’sikkina fix-Xewkija

11
0
SHARE
Advertisement

Raġel ta’ 37 sena li joqgħod ix-Xewkija weħel sentejn ħabs wara li nstab ħati li darab gravi b’daqqiet ta’ sikkina lil żewġt irġiel Somali oħra. Duale Abokor Mustafa, mis-Somalja nstab ħati wkoll li kien qed iġorr sikkina mingħajr permess u li hedded lil Nurdin Farah Saad. Ġlieda li kienet seħħet fl-14 t’Ottubru 2015 fi Pjazza San Ġwann Battista fix-Xewkija.

Huwa ma nstabx ħati tal-attentat ta’ qtil ta’ Saad u ta’ Jimale Sulub Ismail, iżda l-Maġistrat Joe Mifsud, ordnalu biex ma jersaqx lejn iż-żewġt irġiel l-oħra li darab għal perjodu ta’ sentejn bl-għan ta’ protezzjoni.

Il-Qorti f’Għawdex meta kienet qed tingħata s-sentenza wriet tħassib dwar iż-żieda fin-numru tar-reati minn gruppi żgħar ta’ barraninf’pajjiżna li sfrotunatament qed jitfgħu dell ikrah fuq l-parti l-kbira tal-barranin li jgħixu li huma paċifiċi.

Fil-Qorti ħareġ ukoll li l-persuni involuti fil-ġlieda kellhom riħa qawwija ta’ xorb, tant li anke l-akkużat innifsu kien qal li tant kien xurban li lanqas biss jiftakar x’kien ġara dakinhar tal-ġlieda.

Il-Maġistrat Mifsud estenda b’sena s-sentenza sospiża li kellu Mustafa meta 4 snin ilu kien ammetta li kisser karozza u nstab xurban f’post pubbliku.

The post Il-ħabs wara ġlieda b’sikkina fix-Xewkija appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here