Home Net News Aktar spekulazzjoni ‘u informazzjoni’ dwar il-Kap tal-ISIS ….

Aktar spekulazzjoni ‘u informazzjoni’ dwar il-Kap tal-ISIS ….

5
0
SHARE
Advertisement

Uffiċjali fil-Ministeru tal-Intern Iraqi qalu li l-Mexxej tal-ISIS, Abu Bakr al-Baghdadi, qed jingħata t-trattament fi sptar tas-Sirja wara li spiċċa midrub f’attakk mill-ajru fuq fortizzi tal-ISIS fl-Iraq.

Ingħad li Baghdadi ‘ma jistax jimxi mingħajr għajnuna wara li sofra sfreġju f’saqajh’, b’rapporti oħra jgħidu li t-terrorista qed ibati wkoll mid-dijabete.

Din mhix l-ewwel darba li ħarġu rapporti dwar ‘il-mewt’ jew ‘il-feriment’ ta’ Baghdadi u anki f’dan il-każ għad trid tingħata konferma uffiċjali dwar iċ-ċirkustanzi tiegħu.

Madankollu, id-dipartiment tas-servizzi sigrieti u għal kontra t-terroriżmu fl-Iraq insista li għandu ‘informazzjoni rrifjutabbli, flimkien ma’dokumenti, mingħand sorsi fi ħdan l-ISIS fis-sens li Baghdadi tassew għadu ħaj’. Is-sorsi sostnew li l-kap tal-grupp qattiel ‘hu ħaj iżda ferut meta qed jgħix bil-moħbi fir-reġjun ta’ Jazira, lejn il-grigal tas-Sirja’.

L-ISIS għad għandu preżenza sinifikanti fit-territorju aħrax tal-provinċja Sirjana ta’ Hasakeh minkejja li l-grupp tilef il-parti kbira tal-‘Kalifat’ li kien ikopri reġjuni fis-Sirja u l-Iraq. Dan meta l-awtoritajiet Iraqqin, jiem ilu, ippubblikaw lista ta’ ‘kapijiet terroristi li huma mfittxija madwar id-dinja’ b’isem Baghdadi ikun l-aktar li ngħata prominenza.

Filwaqt li Baghdadi ftit li xejn deher f’xi filmati tal-ISIS ( minkejja l-materjal ta’ propaganda li qed joħorġu t-terroristi tiegħu), ilhom ifeġġu l-istejjer dwaru, b’mod partikulari f’Jannar tal-2017 fejn ingħad li hu kien spiċċa ‘kritikament ferut’ fit-Tramuntana tal-Iraq.

 

The post Aktar spekulazzjoni ‘u informazzjoni’ dwar il-Kap tal-ISIS …. appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here