Home Net News Milan se jibdlu l-isponsor tekniku tagħhom

Milan se jibdlu l-isponsor tekniku tagħhom

41
0
SHARE
Advertisement

Il-klabb Taljan tas-Serie A Milan se jibdel l-isponsor tekniku tagħhom hekk kif minn Lulju se jibda jkollhom ħwejjeġ tad-ditta Puma, biex b’hekk se tintemm ir-relazzjoni ta’ 20 sena li kellhom mal-Adidas.

L-Amministratur Delegat ta’ Puma Bjorn Gulden qal li jinsabu onorati li jingħaqdu ma’ wieħed mill-aktar klabbs ta’ suċċess b’segwaċi madwar id-dinja. Hu qal li l-partitarji ta’ Milan juru l-veru spirtu tal-futbol, u saħaq li l-proprjetarji l-ġodda għandhom pjan ambizzjuż.

Marco Fassone qal li għandhom l-istess valuri ta’ Puma u jinsabu sodisfatti li jistgħu jħabbru din ir-relazzjoni ġdida. L-Amministratur Delegat ta’ Milan kompla jgħid li jittamaw li flimkien jilħqu tragwardi importanti kemm fil-logħob milgħub kif ukoll barra l-grawnd fis-snin li ġejjin.

Minbarra Milan, Puma huma l-isponsors tekniċi tal-klabb Ġermaniż Borussia Dortmund u l-Ingliżi ta’ Arsenal. Huma għandhom ukoll lit-timijiet nazzjonali tal-Italja, l-Iżvizzera, l-Awstrija, il-Kamerun, il-Kosta tal-Avorju, il-Ghana, ir-Repubblika Ċeka u dalwaqt lis-Senegal bħala l-isponsors tagħhom. Bħala plejers, jispikkaw il-plejers Antoine Griezmann, Olivier Giroud, Sergio Aguero, Cesc Fabregas, Mario Balotelli, Hector Bellerin, Marco Reus, Julian Weigl, Gianluigi Buffon u Yaya Toure.

The post Milan se jibdlu l-isponsor tekniku tagħhom appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here