Home Net News Sparar waqt ġlied bejn immigranti fil-port ta’ Calais

Sparar waqt ġlied bejn immigranti fil-port ta’ Calais

41
0
SHARE
Advertisement

Mijiet ta’ immigranti illegali kampjati qrib il-port ta’ Calais – u li qed jippruvaw jaqsmu mill-Kanal Ingliż lejn ir-Renju Unit – spiċċaw involuti fi ġlieda kbira fejn kienu sparati tiri.
Tal-anqas ħames immigranti qalgħu tiri ta’ arma li kienu sparati waqt l-eqqel tal-ġlieda.
Il-Gvern Franċiż, wara, ikkummenta dwar ‘l-eskalazzjoni tal-vjolenza insapportabbli’ fil-port ta’ Calais li jipprovdi aċċess ewlieni bil-baħar għar-Renju Unit u l-madwar.
Il-ġlieda kienet bejn immigranti mill-Eritreja u mill-Afganistan.
Sadattant, aktar minn għoxrin immigrant iddaħħlu l-isptar wara li spiċċaw midruba fi tliet ‘battalji’ li nqalgħu madwar Calais, u li fihom issieħbu ‘dejjem aktar gruppi ta’ immigranti’. Ħafna minn dawn il-midruba sofrew daqqiet minn xi strument li jaqta’.
L-aħħar vjolenza seħħet ġimagħtejn wara li l-President Franċiż, Emmanuel Macron, kien żar Calais b’messaġġ ta’ ‘żero tolleranza’ fir-rigward tal-immigranti li qed itellgħu kampijiet fil-belt. Dawn il-kampijiet huma simili għall-‘Ġungla’ – il-medda tal- kampijiet tal-immigranti li l-awtoritajiet Franċiżi kienu neħħew minn Calais fl-2016.

The post Sparar waqt ġlied bejn immigranti fil-port ta’ Calais appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here