Home Net News Iberraq bejn Iżrael u l-Libanu minħabba t-tfittix taż-żejt

Iberraq bejn Iżrael u l-Libanu minħabba t-tfittix taż-żejt

60
0
SHARE
Advertisement

Hemm tensjoni kbira bejn Iżrael u l-Libanu minħabba tender li ħareġ il-Gvern ta’ Bejrut għat-tfittix taż-żejt u l-gass f’medda ta’ baħar li dwarha hemm nuqqas ta’ qbil bejn iż-żewġ pajjiżi.
Iżrael qal li dan il-pass kien provokazzjoni kbira u wissa lill-kumpaniji barranin biex ma japplikawx għat-tender. Il-Libanu, li jqis lil Iżrael bħala għadu, min-naħa l-oħra qal li l-kummenti Iżraeljani kienu “theddida lil-Libanu”.
Il-Libanu u Iżrael għandhom kwistjoni dwar medda baħar ta’ 860 kilometru kwadru, li testendi tul tliet meded ta’ baħar li għalihom il-Gvern Libaniż ħareġ it-tender għat-tfittix taż-żejt. Tnejn mill-ħames meded ta’ art ittieħdu mit-Total ta’ Franza, l-Eni tal-Italja u n- Novatek tar-Russja.

The post Iberraq bejn Iżrael u l-Libanu minħabba t-tfittix taż-żejt appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here