Home Net News Jispiċċaw bla elettriku f’Victoria minħabba s-sħana

Jispiċċaw bla elettriku f’Victoria minħabba s-sħana

48
0
SHARE
Advertisement

”Il fuq minn 10,000 residenza fiz-zoni ta’ fl-Istat Awstraljan ta’ Victoria spiċċaw mingħajr elettriku, minħabba talba kbira tal-elettriku li għabbiet piż żejjed fuq iċ-ċentru ewlieni tad-distribuzzjoni. Dan meta, fi tmiem il-ġimgħa, it-temperaturi fl-inħawi ta’ Victoria qabżu l-40 gradi Celsius, bid-domanda għall-enerġija tiżdied fost l-użu tal-air-conditioners u l-pool-pumps fid-djar tan-nies.
Dan qed jitqies bħala l-aħħar daqqa ta’ ħarta għas-settur tal-enerġija fl-Awstralja li qed ilaħħaq mad-domanda b’diffikultà kbira.
Sadattant, il-qtugħ tad-dawl tal-aħħar jiem kienu kaġunati minn problemi fl-infrastruttura (grid) aktar milli nuqqasijiet fil-provvista. In-nuqqasijiet fil-provista kienu qajjmu dibattitu nazzjonali dwar ‘l-għaġġla żejda’ tal-Awstralja biex taddotta l-enerġija rinnovabbli minflok is-sistemi tal-faħam li jiġġeneraw dan ir-riżors.

The post Jispiċċaw bla elettriku f’Victoria minħabba s-sħana appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here