Home Net News RITRATT: Il-papri fil-Marsa qed jgħumu fil-ħmieġ u jmutu bil-ġuħ

RITRATT: Il-papri fil-Marsa qed jgħumu fil-ħmieġ u jmutu bil-ġuħ

50
0
SHARE
Advertisement

Fil-Marsa, komunità ta’ madwar 200 papra salvaġġa qed jgħumu f’żewġ għadajjar mimlija ħmieġ u ilma qiegħed waqt li ftit ftit qed imutu bil-ġuħ tant li fl-aħħar jiem bdew jitilgħu fuq l-art biex isibu xi ħaġa x’jieklu.

Waqt diskussjoni fuq Facebook, uħud mill-persuni li jitimgħuhom stqarew li fl-aħħar jiem mietu erba’ papri bil-ġuħ. Iddikjaraw li nfurmaw lill-Kunsill Lokali tal-Marsa bil-problema, iżda ma ttieħdet l-ebda azzjoni.

Fost il-kummenti ta’ dawk li jippruvaw jieħdu ħsieb dawn il-papri, kien hemm min iddikjara li jtuhom kemm ituhom ikel dan mhux biżżejjed apparti li l-ispejjeż huma kbar u wisq għal dawn il-feeders.

Dan wassal biex il-papri qed joħorġu fit-triq bit-tama li jsibu xi ħaġa oħra tal-ikel. Iżda l-problema hi wkoll il-ħmieġ kbir fiż-żewġ għadajjar fejn joqgħodu dawn il-papri, mimlija ħmieġ u ilma qiegħed.

Net News hu nfurmat li wħud mill-papri mietu fl-ilma u baqgħu hemm, bħalma baqa’ hemm il-ħmieġ kbir u skart mormi ta’ kuljum f’dawn l-għadajjar li fuq kollox jinsabu wkoll qrib ġnien u bandli tal-lokalità u fiċ-ċentru tal-Marsa.

The post RITRATT: Il-papri fil-Marsa qed jgħumu fil-ħmieġ u jmutu bil-ġuħ appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here