Home Net News Pellegri għal għand il-Monaco – Genoa se jdaħħlu €25miljun

Pellegri għal għand il-Monaco – Genoa se jdaħħlu €25miljun

36
0
SHARE
Advertisement

Pietro Pellegri jinsab diġà f’Monaco għat-testijiet mediċi ta’ rutina sabiex sussegwentament jiffirma l-kuntratt. Trasferiment rekord għal plejer ta’ 16-il sena; €25 miljun għal għand il-Genoa – inklużi l-Bonus. Il-klabb ta’ Preziosi rnexxielu ankè jakkwista 10% mit-trasferiment futur tal-plejer ġaladarba jaqbez l-€40miljun.

Pellegri mistenni jiffirma 5 snin kuntratt €1miljun kull staġun – bl-opzjoni li s-salarju kapaċi jiżdiedlu.

B’ħeffa liema bħala, il-Monaco rnexxielu jobrom lil Pietro Pellegri mingħand il-Juventus wara li fl-aħħar jiem kien kważi ċert li ser jingħaqad mal-Bianconeri. Iċ-ċifra ta’ €25miljun kienet wisq għolja għat-tim tal-Vecchia Signora u għaldaqstant il-plejer lest biex jitlaq mis-Serie A.

The post Pellegri għal għand il-Monaco – Genoa se jdaħħlu €25miljun appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here