Home Net News FILMAT: Żagħżugħ li fera żewġ Pulizija jitressaq il-Qorti – jobżoq lill-membri tal-midja

FILMAT: Żagħżugħ li fera żewġ Pulizija jitressaq il-Qorti – jobżoq lill-membri tal-midja

41
0
SHARE
Advertisement

Tressaq il-Qorti ż-żagħżugħ ta’ 23 sena miċ-Chad li l-Ġimgħa fid-9am weġġa’ żewġ Pulizija li ppruvaw jarrestawh fi Ġnien Vilhena, fil-Floriana.

Wara rapport li kien qed jaġixxi b’mod suspettuż u armat b’sikkina, Suerġent u Kuntistabbli marru filpost fejn sabuh qed jaqta’ l-ħaxix b’arma li taqta’ u bil-ponta.

Meta l-Pulizija ordnaw iż-żagħżugħ li għandu 23 sena miċ-Chad biex ineħħi l-arma minn idejħ, ir-raġel beda jirreaġixxi b’mod agressiv u jxejjer l-arma.

L-agressur, li hu milll-Marsa, irreżista l-arrest u kien f’dan il-ħin li s-Surġent sofri ġireħi ħfief waqt li l-Kuntistabbli sofra ksur f’idejh.

Intant dalgħodu, meta kien qed jitressaq il-Qorti taħt arrest, iż-żagħżugħ kompla jaġixxi b’mod agressiv u saħansitra beżaq darbtejn lejn ġurnalist ta’ dan l-istazzjon u ġurnalista tal-istazzjon nazzjonali.

The post FILMAT: Żagħżugħ li fera żewġ Pulizija jitressaq il-Qorti – jobżoq lill-membri tal-midja appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here