Home One News Sewwieq ta’ mutur l-isptar wara li baqa’ dieħel fil-vettura ta’ quddiemu fl-Imsida

Sewwieq ta’ mutur l-isptar wara li baqa’ dieħel fil-vettura ta’ quddiemu fl-Imsida

33
0
SHARE
Advertisement

Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-isptar Mater Dei wara li baqa’ dieħel fil-vettura ta’ quddiemu fl-Imsida. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:00 ta’ dalgħodu fi Triq il-Wied fl-Imsida meta vettura tat-tip Citroen għal xi raġuni waqfet bil-konsegwenza li mutur tat-tip Piaggio misjuq minn raġel Taljan ta’ 25 sena residenti Tas-Sliema baqa’ dieħel fil-vettura.

Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa.

Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

Ritratt: MRTU

 

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here