Home Net News L-impenn għall-Brexit jibqa’ wieħed komuni, minkejja xi differenzi

L-impenn għall-Brexit jibqa’ wieħed komuni, minkejja xi differenzi

40
0
SHARE
Advertisement

Is-Segretarju Britanniku għall-Brexit, David Davis, qal li ma teżisti ‘l-ebda differenza’ bejnu, il-Kanċillier (tal-Finanzi) sieħbu, Philip Hammond, u l-Prim Ministru tar-Renju Unit, Theresa May, dwar it-tranżizzjoni tal-pajjiż lejn il-Brexit. Dan minkejja tilwima bejn il-membri tal-Partit Konservattiv fil-Gvern dwar it-termini tat-tranżizzjoni proprja.

Davis — li tkellem dwar uħud mill-ambizzjonijiet tiegħu għall- ‘perjodu tal-implimentazzjoni’ immedjatament ladarba r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea f’Marzu tal-2019 — qal li ‘hu, Hammond u May iridu li r-Renju Unit jispiċċa mill-Unjoni sa dik id-data, bil-għan li jgawdu l-poplu u l-ekonomija tal-pajjiż’. Hu tenna, intant, li jeżistu d-differenzi dwar kif wieħed jista’ iħares lejn il-kunċett fil-partiti kollha u l-pajjiżi-membri tal-UE.

Numru ta’ deputati tat-Tories ( fil-Gvern) kienu kritikaw lil Philip Hammond wara li hu qal li l-bidliet għar-relazzjonijiet bejn Londra u l-UE kapaċi jkunu ‘modesti għall-aħħar’.

L-Uffiċċju tal-Prim Ministru Britanniku iddisassoċja ruħu mir-rimarki ta’ Hammond waqt li xi deputati tal-Gvern qalu li l-Kanċillier tal-Finanzi għandu jżomm mal-istrateġija tal-Prim Ministru May dwar il-Brexit.

 

The post L-impenn għall-Brexit jibqa’ wieħed komuni, minkejja xi differenzi appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here