Home One News AĠĠORNAT: Il-mewt ta’ koppja biljunarja f’Toronto qed jitqies bħala delitt

AĠĠORNAT: Il-mewt ta’ koppja biljunarja f’Toronto qed jitqies bħala delitt

49
0
SHARE
Advertisement

Il-Pulizija f’Toronto qed tqis il-mewt tal-koppja biljunarja Kanadiża Barry u Honey Sherman bħala delitt.

Huma nstabu mejta fir-residenza tagħhom f’North York fil-15 ta’ Diċembru. Ir-riżultati tal-awtopsja kkonludew li huma mietu mgħallqin. Investigaturi qed iqisu dan il-każ bħala wieħed suspettuż iżda kien hemm kontroversja għaddejja dwar kif mietu hekk kif ma kienx ċar dwar il-kawża tal-mewt.

L-ewwel ħsieb tal-Pulizija kien li l-każ kien jinvolvi qtil u suwiċidju hekk kif xi ħadd minnhom qatel lill-persuna l-oħra u wara qatel lilu nnifsu iżda jidher li dan ma kienx il-każ.

 

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here