Home One News 70 każ fis-sena ta’ tqala f’età bikrija

70 każ fis-sena ta’ tqala f’età bikrija

66
0
SHARE
Advertisement

Servizz Għożża li jgħin tfajliet taħt it-tmintax-il sena jkomplu l-iskola u jiffaċċjaw ir-realtà li nqabdu tqal f’età bikrija, qed jara medja ta’ sebgħin każ fis-sena. Melanie Bonavia, li taħdem ma’ dawn it-tfajliet, spjegat li dawn it-tfajliet jibdew jingħataw dan is-servizz wara li jkunu ġew referuti.

Bonavia spjegat kif “Madwar sena nista ngħid li qed ivarjaw bejn sittin u sebgħin fis-sena, każijiet li jidħlu lilna, naraw tfajliet minn tmintax-il sena l-isfel, tfajliet kollha li jkunu ġew referuti għandna minn modi differenti, mill-iskejjel, mill-isptar u anke b’mod peronali ġieli jċemplu għall-għajnuna.”

Dan is-servizz joffri programm iffukat fuq l-isfidi li tiffaċċja tfajla li se ssir omm ta’ età żgħira, li jinkludi lezzjonijiet prattiċi fuq it-trobbija tat-tfal, it-tqala, releazzjonijiet u l-immaniġġjar tal-flus fost oħrajn.Sostniet kif “Hawnhekk isiru lezzjonijiet fejn it-tfajla titgħallem fuq trobbija, fuq prevenzjoni fejn jidħol mard trasmess b’mod sesswali, social skills u anke seminars minn professjonisti differenti fejn aħna nippruvaw nolqtu b’mod ħolistiku l-bżonnijiet tat-tfajla. ”

Ikun hemm kazijiet fejn it-tfajliet minorenni, għaliex jinqabdu tqal f’età bikrija, jispiċċaw bla sostenn mill-familja u f’xi każijie anke bla saqaf fuq rashom. Mhux biss qabel il-ħlas, iżda anke meta jkollhom it-tarbija, jkun jistgħu jmorru fiċ-ċentru għożża flimkien mat-trabi tagħhom.

Studju li sar mid-Dipartiment tas-saħħa juri kif bejn l-2011 u l-2015 kienu 274 tfajla minorenni li nqabdet tqila. 236 kienu qed jattendu skola tal-Istat filwaqt li 38 kienu studenti ta’ skejjel indipendenti u tal-Knisja. L-uffiċjal Edukattiv tal-PSCD, Stephen Camilleri, sostna li meta wieħed jgħid li n-numru huwa ikbar fl-iskejjel tal-istat minħabba nuqqas ta’ edukazzjoni jkun qed jagħmel argument infondat.

Camilleri qal li “Min jgħid hekk mhux konxju ta’ dak li hemm fis-sillabu tal-pscd, dak li jsir fil-klassi u fl-iskejjel. L-għalliema tagħna jieħdu training matul is-sena kemm minn dak li norganizzaw aħna u anke dak li torganizza l-organizazzjoni tal-pscd.”

Il-lezzjonijiet tal-PSCD jingħataw sa mir-raba’ sena u jibqgħu sejrin sal-Form 5. L-istudenti tal-primarja jingħataw ktejjeb li permezz ta’ stampi u eżerċizzji jgħinhom jifhmu aktar dwar ir-relazzjonijiet u s-sesswalità.

Sostna li “Aħna nibdew mill-primarja, year 4 u nitkellmu fuq diversi aspetti, kif tieħu ħsieb tiegħek innifsek, xi tfisser relazzjoni, sterjo tipi kif jinbidlu t-tifel u t-tifla differenti, fuq l-abbuż, u skont l-eta nkompli niżviluppaw dawn it-temi sal-form 5.”

Matul il-lezzjoni, permezz ta’ kit apposta, l-istudenti tal-Form 5 saħansitra jitgħallmu kif jilbsu l-kontraċettiv filwaqt li jitgħallmu dwar il-miżuri kollha ta’ prevenzjoni tal-mard.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here