Home One News 39 persuna maqtula wara li nirien ħakmu sptar fil-Korea t’Isfel

39 persuna maqtula wara li nirien ħakmu sptar fil-Korea t’Isfel

40
0
SHARE
Advertisement

Minn tal-inqas, disgħa u tletin persuna nqatlu u aktar minn sebgħin oħra ndarbu f’nirien li ħakmu sptar fil-Korea t’Isfel.

Jidher li kollox beda fil-kamra tal-emerġenza fl-isptar ta’ Sejong fil-belt ta’ Miryang.

Mal-mitejn pazjent kienu fuq ġewwa tal-binja fil-ħin li seħħew in-nirien.Dawn huma l-aktar nirien li ħallew vittmi fil-Korea t’isfel f’deċenju, bin-numru ta’ persuni mejta mistenni jkompli jiżdied hekk kif dawk midruba huma f’qagħda kritika.

Il-President tal-Korea t’isfel, Moon Jae-in sejjaħ laqgħa ta’ emerġenza biex jiddiskuti modi ta’ kif jista’ jindirizza din is-sitwazzjoni.

Dan l-isptar ilu jopera mill-elfejn u tmienja u fih madwar mitejn sodda.

Dawn in-nirien seħħew biss xahar wara li disgħa u għoxrin persuna fil-belt tal-Korea t’isfel ta’ Jecheon nqatlu fi splużjoni li seħħet f’gym pubbliku.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here