Home Net News L-MASW titlob għall-kawtela dwar il-każ tat-tifla ta’ 7 snin li nstabet mejta...

L-MASW titlob għall-kawtela dwar il-każ tat-tifla ta’ 7 snin li nstabet mejta f’Ħaż-Żabbar

42
0
SHARE
Advertisement

L-Assoċjazzjoni Maltija tas-Social Workers, l-MASW esprimiet il-kondoljanzi tagħha lill-familja u l-ħbieb tat-tifla ta’ 7 snin li nstabet mejta f’kunvent f’Ħaż Żabbar. Fi stqarrija l-Assoċjazzjoni ddeskriviet il-każ bħala wieħed traġiku.

L-Assoċjazzjoni fi stqarrija talbet għall-kawtela dwar ir-rapporti li jinkitbu u jixxandru dwar dan il-każ. Ingħad li bla dubju ta’ xejn dak li ġara fix-xhur u l-ġimgħat qabel il-mewt tat-tifla jrid jiġi stabbilit mill-Inkjesta Maġisterjali li nħatret u għalhekk ħadd m’għandu jipponta sebgħu.

Hawn issemma kif hu importanti li x-xogħol tas-social workers, għandu jkun salvagwardjat minħabba l-kumplessita’ tiegħu fejn tingħata b’mod partikolari importanza għall-bżonnijiet tat-tfal. Għalhekk b’rabta ma’ dan il-każ l-inkjesta maġisterjali għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-proċessi kollha u d-deċiżjonijiet kollha li ttieħdu mill-profesjonisti kollha li ħadmu mal-familja tat-tifla.

Dan filwaqt li l-Assoċjazzjoni appelllat biex sitwazzjoni simili qatt ma nisimgħu dwara darb’oħra f’pajjiżna. L-Assoċjazzjoni appellat wkoll biex fix-xogħol ta’ social worker ikun hemm aktar investiment mill-awtoritajiet, tmexxija serja, jiġu mpjegati aktar social workers, issir enfasi fuq l-etika li dan ix-xogħol jirrikjedi, fost affarijiet oħra li għandhom iwasslu biex il-professjonisti jwettqu xogol b’mod sħiħ ma’ min hu vulnerabbli.

L-MASW qalet li se tkompli tiskrutinja c-Child Protection Law li preżentament qed tkun diskussa fil-Parlament u dan biex minn naħa tagħha tassigura li l-interess tat-tfal ma jkunx mittiefes. Issemma wkoll fl-istqarrija li hemm bżonn aktar minn qatt qabel l-liġi li tistabilixxi l-Awtorita’ dwar l-istandards tal-kura, dan għaliex fin-natura tax-xogħol ta’ social workers dawn l-istandards huma bżonjużi.

The post L-MASW titlob għall-kawtela dwar il-każ tat-tifla ta’ 7 snin li nstabet mejta f’Ħaż-Żabbar appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here