Home One News BIL-FILMAT: Identifikat ir-raġel li nstab b’daqqiet ta’ sikkina fil-Furjana

BIL-FILMAT: Identifikat ir-raġel li nstab b’daqqiet ta’ sikkina fil-Furjana

54
0
SHARE
Advertisement

Raġel Tuneżin ta’ 31 sena residenti l-Furjana wara li nstab mitluf minn sensih u b’daqqiet ta’ arma u bil-ponta fil-Furjana.

Il-Pulizija qalet li kienu għall-ħabta tat-tmienja u nofs tal-Ħamis filgħaxija li ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq il-Miratur, il-Furjana.Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post fejn instab raġel mitluf minn sensieh u li għandu daqqiet, allegatament, ta’ arma li taqta’ u bil-ponta.

Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa u l-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.

Filmat u ritratt: Edward Montebello

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here