Home Net News L-MCAST iwaqqaf l-istrajk tal-MUT

L-MCAST iwaqqaf l-istrajk tal-MUT

56
0
SHARE
Advertisement

Tard illejla, l-amministrazzjoni tal-MCAST għamlet mandat ta’ inibizzjoni kontra l-Unjin tal-għalliema, l-MUT biex twaqqaf l-istrajk li kellu jsir bejn għada u l-Ġimgħa. Il-mandat ta’ inibizzjoni ġie aċċettat b’mod proviżorju mill-Qorti.

Jidher li kawża tal-azzjoni legali, l-istrajk li kellu jsir għada u l-Ġimgħa u d-direttivi kollha twaqqfu ħesrem.

Fi stqarrija, l-MCAST ikkonferma li l-Qorti laqgħet il-mandat ta’ inibizzjoni. Qal li jifhem u japprezza d-dritt għal azzjonijiet industrijali, iżda jħoss li l-azzjonijiet ma jistgħux iseħħu waqt li għadhom għaddejin diskussjonijiet biex jigi ffirmat il-ftehim kollettiv il-ġdid.

L-MCAST qed isostni li dawn id-direttivi tal-MUT “huma abbużivi u llegali u jmorru kontra d-dispożizzjonijiet tal-ftehim kollettiv”. Qal ukoll li huwa d-dmir tal-amministrazzjoni li “jissalvagwardjaw l-interess tal-isudenti speċjalment meta dawn mhumiex u m’għandhom qatt ikunu suġġetti għall-ebda konsegwenzi ta’ negozjati”.

L-istqarrija tal-MCAST ittemm b’appell lill-MUT biex terġa’ lura madwar il-mejda għal aktar taħdidiet biex jintlaħaq ftehim. L-MCAST qal li dan għandu jwassal għall-kundizzjonijiet “ferm aħjar” għall-istaff akkademiku tal-MCAST.

Min-naħa tagħha, l-MUT ħarġet sejħa għall-konferenza tal-aħbarijiet li mistennija ssir għada fid-9am fl-entratura prinċipali tal-MCAST f’Raħal Ġdid, filwaqt li l-MCAST qed isejjaħ lill-midja fl-10am fil-Board Room tal-istitut.

“Aħna l-istudenti spiċċajna ballun bejn il-Gvern u l-għalliema”

The post L-MCAST iwaqqaf l-istrajk tal-MUT appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here