Home First Malta Is-sitwazzjoni tat-temp tista’ tinbidel drastikament mit-tieni ġimgħa ta’ Frar

Is-sitwazzjoni tat-temp tista’ tinbidel drastikament mit-tieni ġimgħa ta’ Frar

111
0
SHARE
Advertisement

Untitled-1 copy

Hekk kif ix-xahar ta’ Jannar kien ikkaratterizzat minn temperaturi ferm ogħla mill-medja u nuqqas ta’ xita meta kkomparat ma’ dan il-perjodu ta’ snin oħra. Din it-tendenza mistennija tkompli għal ġranet li ġejjin hekk kif pressjoni għolja li tista’ tlaħħaq il-1030hPa mistennija fuq Malta dalwaqt u l-ammont ta’ xita mistenni huwa prattikament insinifikanti, hekk kif ftit irxiex biss huwa mistenni f’xi ħinijiet fil-ġranet li ġejjin.

Iżda l-aħħar tbassir tas-sistemi tat-temp fit-tul qed ninnotaw li s-sitwazzjoni tista’ tieħu żvolta oħra mit-tieni ġimgħa ta’ Frar.

1

Il-mappa t’hawn fuq turi kuntrast bejn it-temperaturi li qed nesperjenzaw bħalissa u t-temperaturi li se nesperjenzaw fid-9 ta’ Frar, (iż-żona tal-gżejjer Maltin hija mmarkata b’ċirku aħmar). Is-sistema’ turi kif l-arja kiesħa li hemm fuq l-Ewropa u li ilha ġimgħat tipprova tinżel fuq iċ-ċentru tal-Mediterran fl-aħħar se jirnexxila tirbaħ fuq l-arja sħuna li qed toriġina minn fuq l-Afrika u baqgħet staġnata fuqna.

Capture

It-tieni mappa, li tindika t-tbassir għal ftit qabel nofs Frar qed juri ammont ta’ xita fuq iċ-ċentru tal-Mediterran.

Fl-aħħar snin fi Frar konna nistennew madwar 55mm xita. Nisperaw li din is-sena Frar ma jiddiżappuntax.

Tajjeb li ngħidu li t-tbassir huwa bbażat fuq mappep tas-sistema GFS, Global Forecast System, li huwa tbassir maħdum fl-Istati Uniti u jkopri d-dinja kollha. Huwa importanti wkoll li nifhmu li t-tbassir tat-temp fit-tul huwa ferm inqas preċiż minn dak ta’ terminu qasir u għalhekk għandna biss nieħdu dan bħala indikazzjoni, it-tbassir jista’ jvarja u għalhekk se nkunu qed inżommu għajnejna fuq l-iżviluppi u nżommukhom aġġornati.

Iżda fl-aħħar mill-aħħar nisperaw li dak li kienu jgħidu missierijitna dwar Frar iseħħ u x-xahar li ġej tassew jimla l-bjar din is-sena.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit First Malta

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here