Home Net News 7 snin mill-mewt ta’ Annabelle Vassallo

7 snin mill-mewt ta’ Annabelle Vassallo

30
0
SHARE
Advertisement

Bħal-lum 7 snin tħabbret il-mewt ta’ Annabelle Vassallo, il-persuna li tibqa’ tissemma għall-fidi tagħha quddiem it-tbatija tal-marda li kienet qed tiġġieled.

Annabelle kienet ta’ ispirazzjoni għal ħafna li minkejja dak li għaddiet minnu, baqgħet pożittive.

Il-ġlieda ta’ Annabelle mal-marda bdiet fl-2007, propju fil-bidu ta’ Jannar.

Ma’ Xarabank Annabelle kienet qalet li “l-marda saret sors fejn skoprejt lili nnifsi. Saret vjaġġ intern miegħi nnifsi fejn għaraft id-dgħufija u l-iżbalji tiegħi u apprezzajthom, imma għaraft it-tajjeb tiegħi u għożżejtu u rringrazzjat lil Alla ta’ ħajti kollha.”

Annabelle kienet saret persuna pubblika, tant li l-funeral tagħha kien ġibed lejn il-knisja ta’ San Nikola mijiet ta’ qraba, ħbieb u nies oħra li qatt ma ltaqgħu magħha u li xxandar ukoll fuq stazzjon televiżiv lokali.

The post 7 snin mill-mewt ta’ Annabelle Vassallo appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here