Home One News Rumen jindarab gravi wara li waqa’ minn sular għoli fil-Furjana

Rumen jindarab gravi wara li waqa’ minn sular għoli fil-Furjana

42
0
SHARE
Advertisement

Rumen indarab gravi  wara li waqa’ minn sular għoli fil-Furjana.

L-inċident seħħ illum, għall-ħabta tan-nofsiegħa f’sit ta’ konstruzzjoni fi Triq Vinċenzo Buġeja, il-Furjana.Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li Rumen ta’ 33 sena, li jirrisjedi l-Mellieħa, indarab wara li għal xi raġuni waqa’ għoli ta’ madwar sular.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here