Home One News Raġel l-isptar wara argument fil-Marsa

Raġel l-isptar wara argument fil-Marsa

45
0
SHARE
Advertisement

Raġel ta’ nazzjonalita’ barranija ddaħħal l-isptar Mater Dei wara li kien involut f’argument fil-Marsa. 

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:30 ta’ dalgħodu meta għal xi raġuni seħħ argument bejn numru ta’ persuni qrib it-Tiger Bar fil-Marsa bil-konsegwenza li wieħed minnhom indarab.

Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei biex jirċievi l-kura neċessarja.

Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here