Home First Malta Is-sajf malajr jasal… 5 pariri sabiex tnaqqas il-piż u tikseb il-figura...

Is-sajf malajr jasal… 5 pariri sabiex tnaqqas il-piż u tikseb il-figura li tixraqlek fi ftit ġimgħat

154
0
SHARE
Advertisement

Untitled-2 copy

Għalkemm għadna f’Jannar, tajjeb li wieħed jiftakar li f’kemm trodd salib is-sajf ikun magħna, nibdew ninkwetaw li mhux se jirnexxilna nilbsu dik il-malja li xtrajna ftit ilu u għalkemm xtrajniha xi size iżgħar u wiegħdna lilna nfusna li sakemm jasal is-sajf inkunu irqaqna biżejjed sabiex inkunu nidhru tassew sbieħ fiha wara li nkunu għamilna dieta stretta, nindunaw li bħal ma ġara fis-snin ta’ qabel nispiċċaw ikollna nixtru malja oħra, probabbli one-piece u nqattgħu l-ħin kollu fejn il-baħar bix-xugaman imdawwar magħna. Iżda mhux din is-sena…

Nagħtu ħarsa lejn l-aqwa pariri li nistgħu nużaw sabiex fi ftit żmien u mingħajr ħafna sforz niksbu l-figura li tant nixtiequ.

1. Breakfast tajjeb u healthy

1

Ħafna jaħsbu li billi ma jieklu xejn filgħodu jkunu qed iħallu xi effett pozittiv fuq il-piż tagħhom. Kemm sejrin żbaljati!! Sewwa jgħidu li l-breakfast huwa l-iktar ikla importanti tal-ġurnata, u dan għaliex il-metaboliżmu tagħna jkun fl-aqwa tiegħu. Għalhekk jekk tiekol breakfast ‘healthy’ dan se jkun qed jgħinek iżżomm matul il-ġurnata mingħajr ma toqgħod tnaqqar u tispiċċa tiekol ‘snacks’ li ħafna drabi jkollhom ammont għoli ta’ kaloriji u melħ.

2. Ixrob tazza ilma kull ftit siegħat

1

Apparti l-fatt li jekk tixrob l-ilma tkun qed iżżomm ruħek b’saħħtek, ftakar li l-ilma jnaqqaslek l-aptit u jgħinek tnaqqas it-tnaqqir matul il-ġurnata.

Trid tkun taf iktar dwar kif tista’ tikseb il-figura li tixtieq fi ftit ġimgħat… afgħas hawn

3. Kul ikel li fih kontenut għoli ta’ Fibre

1

Kul ikel b’kontenut għoli ta’ Fibre bħal frott, ħxejjex, oats, ħobż wholegrain, brown rice, fażola, piżelli u għads (lentils)

4. Tazza inbid aħmar mal-ikel (waħda biss) tista’ tkun ta’ għajnuna

1

Huwa fatt xjentifikament ipprovat li tazza inbid ħamra (waħda) filgħaxija, tgħin id-diġestjoni u l-metaboliżmu, barra minn hekk l-inbid aħmar, meħud b’moderazzjoni jgħin il-qalb u jżid il-livelli tal-kolesterol tajjeb magħruf bħala HDL (high-density lipoprotein cholesterol).

5. Armi l-platti l-antiki u ixtri platti iżgħar

1

Dan huwa ‘trick’ psikoloġiku li jaħdem! Jekk tuża platti kbar, mingħajr ma trid timla iktar u tiekol iktar. Jekk tuża platti żgħar meta tara l-platt vojt tħossok mimlija xorta u dan għax psikoloġikament meta tara l-platt vojt inti tħossok li kielt biżżejjed u għalhekk platt iżgħar jgħinek tiekol inqas.

Trid tkun taf iktar dwar kif tista’ tikseb il-figura li tixtieq fi ftit ġimgħat… afgħas hawn

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit First Malta

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here