Home One News Ed Sheeran jikkonferma meta se jtemm il-karriera mużikali tiegħu

Ed Sheeran jikkonferma meta se jtemm il-karriera mużikali tiegħu

35
0
SHARE
Advertisement

 

Wara li tħabbar li Ed Sheeran ippropona s-sena l-oħra lit-tfajla tiegħu Cherry Seaborn, issa ħarġet informazzjoni ġdida ta’ meta bi ħsiebu jtemm il-karriera mużikali tiegħu. Dan hekk kif hu ħabbar li se jkun qed itemm din il-karriera li ħallietlu ħafna frott, meta hu u Cherry jibda jkollhom it-tfal. Dan sabiex hu jiffoka aktar fuq l-irwol tiegħu bħala missier fejn qal li hu jħoss li l-irwol tiegħu se jkun qed jinbidel u jippreferi li jpoġġi moħħu hemm ikun missier tajjeb hekk kif l-ambizzjoni li kellu lejn il-mużika tibda tonqos.

Sheeran spjega kif diġa’ qed iħoss li hu kiseb ħafna f’din il-karriera u li għalissa qed iħares biex joħloq kanzunetta stil Country, u xejn kbir bħal ma kienet il-kanzunetta ‘Shape of You’ fost aktar.

Sostna li għalkemm għal bosta din jaf ma tkun xejn, għalih dak hu l-pass li jmiss u jixtieq li jirnexxilu jasal fuq l-aqwa kanzunetti tal-istil Country fl-Amerika.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here