Home Net News Tħassib mill-UĦM Voice of the Workers minħabba inġustizzja mal-Gwardjani Lokali

Tħassib mill-UĦM Voice of the Workers minħabba inġustizzja mal-Gwardjani Lokali

6
0
SHARE
Advertisement

Il-UĦM Voice of the Workers esprimiet it-tħassib tagħha dwar proċess ta’ impjieg mill-ġdid li qed jolqot lill-Gwardjani Lokali li preżentament jaħdmu mal-kumpanija G4S.

Fi stqarrija, il-Union qalet li dawn il-Gwardjani qed jaqdu dmirhom mal-LESA bil-kuntratt li ngħata lill-G4S. Dan l-aħħar, dawn intalbu japplikaw direttament mal-LESA biex ikunu jistgħu jieħdu l-istess pożizzjoni.

Għaldaqstant, ħaddiema li anke jkunu ilhom saħansitra 10 snin jaħdmu mal-G4S, se jkollhom jitilfu s-‘seniority’ u jerġgħu jgħaddu minn perjodu riskjuż ta’ prova.

Il-UĦM Voice of the Workers fakkret kif skont il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 452.85, il-ħaddiema suppost ġew assorbiti mil-LESA bi trasferiment ta’ negozju, fejn il-kundizzjonijiet tagħhom jibqgħu l-istess.

Għaldaqstant, il-Union qalet li ħadet passi fuq din l-inġustizzja billi rrappurtat dak li qed iseħħ lid-Direttur tax-Xogħol. Il-Union kitbet ukoll separatament lill-G4S u lil-LESA.

Għalkemm mhix il-union rikonoxxuta mal-Gwardjani Lokali, il-UĦM Voice of the Workers trid tirrapreżenta lill-membri tagħha u għalhekk, xorta qed tilqa’ kull talba mill-impjegati milquta, temmet tgħid l-istqarrija.

The post Tħassib mill-UĦM Voice of the Workers minħabba inġustizzja mal-Gwardjani Lokali appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here