Home First Malta Tbassir tat-temp għall-weekend: Ix-xita mhux se terġa’ tilħaqna

Tbassir tat-temp għall-weekend: Ix-xita mhux se terġa’ tilħaqna

3
0
SHARE
Advertisement

Untitled-1

Hekk kif fl-aħħar siegħat il-gżejjer Maltin intlaqtu minn ammont ta’ xita jidher li għalissa mhux se nistennew wisq iktar xita hekk kif it-tbassir tat-temp qed jindika li għall-weekend mhux se jilħaqna iktar maltemp. Fuq il-mappa animata t’hawn fuq naraw kif l-instabilita’ se tersaq lejn il-Lvant tal-Mediterran u mhux mistennija tilħaq lil gżejjer Maltin.

Dan hekk kif minn Settembru l’hawn niżlu madwar 250mm xita, li għalkemm huwa ftit iktar mill-ammont li niżel is-sena l-oħra, l-anqas jibda’ mal-medja li normalment jinżel li jlaħħaq it-320mm.

Jidher li s-Sibt, 13/Jannar, se naraw il-ġurnata tkun prinċiparjament Xemxija għalkemm l-ogħla temperatura se tilħaq il-15C u l-inqas l-10C, bir-riħ idur Majijstral it-Tramuntana li jvarja bejn Forza 4 u 6.

Filwaqt li għall-Ħadd, 14/Jannar, it-temp mistenni jkun pjuttost imsaħħab bl-ogħla temperatura tilħaq is-16C u l-inqas it-12C, bir-riħ jilħaqna b’qawwa ta’ Forza 3 mill-Punent.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit First Malta

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here