Home One News Youtube b’filmat għal xiex se tibqa’ tiġi mfakkra s-sena 2017

Youtube b’filmat għal xiex se tibqa’ tiġi mfakkra s-sena 2017

5
0
SHARE
Advertisement

Hekk kif wasalna fi tmiem is-sena 2017, bi ftit jiem oħra jibdew il-jiem ta’ festi, Youtube nieda filmat li jieħu lis-segwaċi tiegħu lura għal bidu tas-sena 2017 u x-xejriet kollha ta’ din is-sena.

Il-filmat juri bosta ċelebritajiet ta’ Youtube, li bosta segwaċi ta’ filmati fuq Youtube jafu, fosthom Logan Paul, il-make-up artist Manny u ħafna aktar.

Il-filmat ifakkar ukoll kanzunetti li din is-sena baqgħu fl-imħuħ ta’ bosta fosthom il-kanzunetta ta’ Ed Sheeran, Shape of You, u l-kanzunetta li kulħadd xtaq jinsa ‘Despacito’.

Apparti minn hekk dan il-filmat ifakkar ukoll iż-żmien meta ż-żgħażagħ iffissaw fuq il-“fidget spinners” u l-logħba ‘The Floor is Lava’ li tant saret popolari li fuq Facebook kien hemm ukoll filmat ta’ kelb tar-razza Border Collie jitla’ fuq l-affarijiet x’ħin sidtu tgħidlu “The Floor is Lava”.

Il-filmat fakkar ukoll mumenti ta’ dieqa li kellha tgħaddi minnhom din is-sena d-dinja, fosthom il-vittmi kollha li tilfu ħajjithom f’diversi attakki.

U għalik, għal xiex se tibqa’ tiġi mfakkra s-sena 2017?

 

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here