Home Net News Ronaldinho se jirtira mill-futbol fl-2018

Ronaldinho se jirtira mill-futbol fl-2018

6
0
SHARE
Advertisement

L-eksplejer ta’ Barcelona u Milan Ronaldinho ħabbar li se jirtira mill-futbol matul is-sena li ġejja.

Ronaldinho ilu dawn l-aħħar sentejn bla klabb wara li f’Settembru tal-2015 kien ħalla lill-klabb Brażiljan ta’ Fluminense. Hu kien ilu biss tliet xhur jilgħab magħhom.

Matul dawn l-aħħar sentejn Ronaldinho deher f’diversi turnaments u partiti ta’ ħbiberija.

Fil-karriera tiegħu Ronaldinho kien ivvutat sentejn wara xulxin (2004 u 2005) bħala l-aqwa plejer tal-FIFA u ma’ Barcelona rebaħ diversi unuri fosthom iċ-Champions League.

The post Ronaldinho se jirtira mill-futbol fl-2018 appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here