Home Net News Michelle Muscat fil-Bahamas biex tingħata rikonoxximent

Michelle Muscat fil-Bahamas biex tingħata rikonoxximent

8
0
SHARE
Advertisement

Fi stqarrija l-Gvern qal li l-mara tal-Prim Ministru Joseph Muscat, Michelle Muscat,  ingħatat rikonoxximent fil-Bahamas. Fl-istqarrija l-Gvern qal li r-rikonoxximent ngħata fil-qasam politiku u filantropiku mill-organizzazzjoni Celebrating Women International.

Fl-istqarrija tal-Gvern intqal li fiċ-ċerimonja ngħatat rikonoxximent flimkien ma’ 15-il personalità fl-oqsma politiċi, filantropiċi u tan-negozju minn madwar il-Commonwealth u d-dinja. Iċ-ċerimonja saret f’Nassau, il-Bahamas.

Michelle Muscat fil-Bahamas kienet akkumpanjata minn Phyllis Muscat, li kienet tmexxi ic-CHOGM Task Force, kif ukoll mis-Segretarja Eżekuttiva ta’ The Marigold Foundation, Jennifer Xuereb.

The post Michelle Muscat fil-Bahamas biex tingħata rikonoxximent appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here