Home Net News FILMAT: Studju dwar l-isfidi li qed jiffaċċjaw il-koppji fir-relazzjoni ta’ bejniethom

FILMAT: Studju dwar l-isfidi li qed jiffaċċjaw il-koppji fir-relazzjoni ta’ bejniethom

3
0
SHARE
Advertisement

Relazzjonijiet f’saħħithom bejn il-koppji għandhom ikunu il-barometru li bih titkejjel is-saħħa tas-soċjeta’. Il-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca, sostniet dan fil-preżentazzjoni ta’ studju dwar l-isfidi li jiffaċċjaw koppji fir-relazzjoni ta’ bejniethom.

Mill-istudju, ħareġ fost oħrajn li fost l-iktar fatturi li jpoġġu pressjoni fuq relazzjoni hi l-ammont ta’ ħin li koppja jqattgħu flimkien minħabba siegħat twal ta’ xogħol u ħtiġijiet finanzjarji li jwasslu għal iktar xogħol. Ħareġ ukoll li 60% ta’ persuni li kienu fi żwieġ li tkisser, bnew relazzjoni u familja ma’ ħaddieħor. Tkellimna mal-Professur Angela Abela, iċ-Chairperson taċ-Ċentru Nazzjonali dwar ir-Riċerka fuq il-Familja

L-istudju sar miċ-Ċentru Nazzjonali dwar ir-Riċerka fuq il-Familja, li jagħmel parti mill-Fondazzjoni tal-President għat-Tisħiħ tas-Soċjeta’ fost 23 koppja. Dan l-istudju kwalitattiv jibni fuq studju kwantitattiv fost 2,300 persuna li kien ippubblikat madwar sena u nofs ilu. L-eta’ tal-koppji li ħadu sehem fl-istudju kienu bejn 36 u 68 sena u jiġu minn sfond, soċjali u edukattiv differenti.

The post FILMAT: Studju dwar l-isfidi li qed jiffaċċjaw il-koppji fir-relazzjoni ta’ bejniethom appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here