Home One News Persuni mentalment diżabbli se jieħdu ċ-ċittadinanza

Persuni mentalment diżabbli se jieħdu ċ-ċittadinanza

8
0
SHARE
Advertisement

Olga Aleksandrovna Spiteri u bintha Elizaveta, imwielda r-Russja għexu esperjenza trawmatika f’pajjiżna.

Eliżaveta ta’ tlett snin kienet vittma ta’ inċident li ħalliha mentalment diżabbli.

Kawża ta’ dan l-inċident, Eliżaveta hi kkunsidrata skont il-liġi li hija meqjusa bħala persuna mhux ta’ hsieb sod u għalhekk ma tistax tapplika għaċ-ċittadinanza , la hi u l-anqas l-ebda persuna f’isimha.

Dan kien ikkonfermat ukoll mill-qorti Ċivili, f’ Awwisu li għadda li kawża tal-liġi kif inhi bħalissa, irrifjutat li l-omm tapplika għaċ-ċittadinanza f’isem bintha.

Dan kollu ser jinbidel hekk kif is-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza, Burokrazija u Simplifikazzjoni Julia Farrugia Porettli ppreżentat abbozz ta’ liġi biex persuni li jkollhom il-kustodja ta’ persuni li huma mentalment diżabbli jkunu jistgħu japplikaw għaċ-ċittadinaza f’isem il-persuni li qed jieħdu ħsieb.

Farrugia Porettli qalet li dan ser iwassal għal-socjeta’ aktar inklussiva u li naderixxu b’mod aktar ġust  mal-Konvezzjoni tal-Gnus Magħquda dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’dizabilita.

 

Is-Segretarju Parlamentari qalet li setghet ġabret l-anomaliji kollha tal-ligi tac-cittadinanza  – liġi li ghandha 52 sena u kienu jiġu ndirizzati kollha f’daqqa bħala parti mir-Riforma fiċ-Ċittadinanza izda hi temmen li kaz bhal dan ma setax ikompli jistenna.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here