Home One News Jorbot żewġ anzjani waqt serqa f’Ħal Tarxien

Jorbot żewġ anzjani waqt serqa f’Ħal Tarxien

8
0
SHARE
Advertisement

Żewġ anzjani spiċċaw marbuta wara li persuna mgħammda daħlet fir-residenza tagħhom jipprova jwettaq serqa f’Ħal Tarxien

Il-każ seħħ illum għall-ħabta tan-nofsiegħa fit-Triq Sqajjaq, Ħal Tarxien.

Il-Pulizija mill-Għassa ta’ Raħal Ġdid marru fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li
persuna mhux mgħarufa daħlet ġo residenza, waqt li ġewwa kien hemm koppja anzjana, raġel
ta’ 70 sena u mara ta’ 69 sena.

Il-vittmi allegaw li l-persuna kienet mgħammda u kellu ukoll arma li taqta’ u bil-ponta.
L-aggressur rabat lill-vittmi sabiex ma jiċċaqilqux, filwaqt li beda jqalleb fid-dar. L-aggressur
ħarab min fuq il-post mingħajr ma seraq xejn.

L-anzjani ma sofrew l-ebda ġrieħi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here