Home One News Imwaqqaf kumitat tekniku u xjentifiku

Imwaqqaf kumitat tekniku u xjentifiku

5
0
SHARE
Advertisement

Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri jwaqqaf kumitat tekniku u xjentifiku. Il-kumitat tekniku u xjentifiku twaqqaf bil-għan li jevalwa s-sitwazzjoni preżenti tal-Girgentina u tal-Ġellewża filwaqt li jiddetermina u janalizza d-domanda addizzjonali ta’ dawn il-varjetajiet u jissuġġerixxi modi u mezzi li jinkoraġġixxu lill-bdiewa biex iħawlu aktar minn dawn id-dwieli. B’hekk tintlaħaq id-domanda mistennija għall-għeneb.Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri informa lill-Wine Regulation Board dwar din id-deċiżjoni fl-ewwel laqgħa tagħhom, liema deċiżjoni ttieħdet wara diskussjonijiet dwar is-sitwazzjoni vitikoloġika u enoloġika f’Malta u f’Għawdex li saru fl-aħħar ġimgħat mal-produtturi l-kbar tal-inbid u ma’ dawk li jkabbru d-dwieli.

Il-kumitat se janalizza partikularment il-fatturi li wasslu għan-nuqqas ta’ provvista ta’ madwar 30%-35% esperjenzati matul l-aħħar tliet snin f’varjetajiet ta’ dwieli lokali tal-Girgentina u tal-Ġellewża li affettwaw il-provvista fis-suq tal-inbid lokali DOK u IGT.

F’dan ir-rigward, is-Segretarju Parlamentari qed iwaqqaf kumitat tekniku u xjentifiku kif indikat:

Id-Direttur tad-Diversifikazzjoni u l-Kompetittività

Rappreżentanti ta’ 2 produtturi prinċipali tal-inbid

Rappreżentanti ta’ 2 produtturi tal-inbid Għawdxin

Rappreżentant ta’ VitiMalta P.O.

Rappreżentant tad-Direttorat tas-Saħħa tal-Pjanti

Rappreżentant tad-Direttorat tad-Diversifikazzjoni u tal-Kompetittività

Ritratt: MESDC_PS

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here