Home One News Sid ta’ ħanut tax-xorb jinqabad b’aktar minn 42,000 sigarett tal-kuntrabandu

Sid ta’ ħanut tax-xorb jinqabad b’aktar minn 42,000 sigarett tal-kuntrabandu

21
0
SHARE
Advertisement

Sid ta’ ħanut tax-xorb fl-Imsida se jitressaq il-qorti fil-jiem li ġejjien wara li matul il-jum nqabad b’aktar minn 42,440 sigarett tal-kutrabandu u tliet kili tabakk tax-xixa.

Fi stqarrija, id-Dwana qalet li s-sigaretti nstabu waqt tfittxija estensiva li saret fil-ħanut fejn instabu ftit anqas minn 200 kartuna sigaretti tal-kutrabandu.

Fi kmamar oħra fuq wara tal-ħanut instabu tliet kili tabakk tax-xixa li fuqhom ukoll ma kienitx tħallset taxxa tas-sisa.

Sid il-ħanut ingħata f’idejn il-Pulizija u nżamm arrestat għal aktar stħarriġ.

Id-Dipartiment tad-Dwana tenna li l-kuntrabandu huwa reat kriminali serju ħafna li jġorr miegħu multi ħorox ħafna u ħabs.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here