Home Net News “Irridu biss post sew minn fejn ngħabbu” – Il-Barklora

“Irridu biss post sew minn fejn ngħabbu” – Il-Barklora

8
0
SHARE
Advertisement

“Dak li gara s-Sibt mhux se jerġa’ jsir b’rispett lejn il-pubbliku u lejn l-uffiċjali tal-Pulizija.”

Sostna dan waqt konferenza tal-aħbarijiet Anthony Micallef membru tal-kumitat li jirrapreżenta l-Barklora. Bħalissa dan il-kumitat għadu qed jiġi ffurmat wara dak li ġara s-Sibt waqt in-Notte Bianca.

Dakinhar il-barklora tad-dgħajjes tal-pass, li kienu qed jaqsmu l-Port il-Kbir bil-passiġġieri, bdew jagħlqu l-aċċess għall-moll bħala sinjal ta’ protesta. Dan għaliex il-ferry li jaħdem bejn il-Birgu u l-Belt Valletta Għan-Notte Bianca kien qed jaħdem b’shuttle service. Konsegwenza t’hekk il-Barklora argumentaw li qed jitilfu ħafna mix-xogħol għalijhom.

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-Birgu F’isem il-Barklora, Anthony Micallef qal li minn dakinhar huma ltaqgħu mac-chairman ta’ Transport Malta u issa jittamaw li dak li ngħad lilhom li se jsir iseħħ. Micallef ma tax dettalji ta’ x’tip ta’ fehim intlaħaq ma’ Transport Malta.

Qal wkoll li huma jixtiequ biss li d-dgħajsa tradizzjonali titħalla taqsam bejn port u ieħor għaliex wara kollox huma jħallsu permess skont il-liġi.
Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet ingħad li huma jistgħu jaħdmu biss mill-Birgu lejn ta Lies fil-Belt Valletta, mill-Birgu għal Marsamxett m’għandhomx fejn iniżżlu l-passiġġieri uu minn Marsamxett għal Tas Sliema ma jistgħux minkejja li jħallsu l-permess kollha.

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet ingħad anke li minn naħa tal-Awtorita’ għat-Turiżmu tawhom alternattiva biex ikunu jistgħu jidħlu r-Rinella, Bormla, mill-Kalkara iżda s’issa jirriżulta li xejn minn dan ma daħal fis-seħħ.

Anthony Micallef qal li huma jridu biss post sew minn fejn jgħabbu l-passiġġieri.

Fissru li huma mhux kontra s-servizz tal-ferry, iżda kontra l-introduzzjoni tat-tieni bastiment li fi kliemhom ħoloq kompetizzjoni mhux ġusta u ħadilhom għal kollox ix-xogħol.

The post “Irridu biss post sew minn fejn ngħabbu” – Il-Barklora appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here