Home One News Il-Funtana tat-Tritoni tinxtegħel bi dwalijiet ġodda

Il-Funtana tat-Tritoni tinxtegħel bi dwalijiet ġodda

17
0
SHARE
Advertisement

Wara xogħol estensiv ta’ restawr li sar fl-aħħar xhur fuq il-figuri tal-bronż tat-Tritoni f’funderija speċjalizzata fl-Italja, fl-aħħar sigħat il-Ministeru għall-Infrastruttura xegħelha mill-ġdid b’sistema ta’ dwalijiet ġodda. L-ewwel darba li nxtegħlet kien fl-1959.

Kelliem għall-Ministeru qal li bħalissa l-ħaddiema qegħdin jittestjaw x’intensità għandu jkollhom id-dwalijiet li saru mal-funtana bil-għan li jiġi stabbilit l-aqwa dawl ma’ din il-monument nazzjonali li kien tħalla fi stat ta’ abbandun għal għexieren ta’ snin.

Ritratt ippubblikat fuq il-midja soċjali juri diġà d-dehra mill-isbaħ li se jkollha din il-funtana fil-qalba tal-Pjazza Tritoni fid-daħla tal-Belt.

Dan ir-restawr kompla ħareġ fid-deher ix-xogħol arkitettoniku mill-isbaħ tal-artist Ċensu Apap. Il-funtana tat-Tritoni nħadmet taħt il-Gvern tal-Perit Dom Mintoff u nxtegħlet fl-1959 mill-Gvern kolonjali mingħajr ma saret l-inawgurazzjoni tagħha.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here