Home One News Delia jieħu nofs miljun ewro taħt il-PN

Delia jieħu nofs miljun ewro taħt il-PN

12
0
SHARE
Advertisement

Kważi fl-aħħar seba’ snin ta’ Gvernijiet Nazzjonalisti, id-ditta legali tal-Kap Nazzjonalista preżenti Adrian Delia ħadet minn tal-inqas nofs miljun ewro f’kuntratti, fejn il-biċċa l-kbira tagħhom ngħataw b’direct order.

Bħal ta’ qablu Delia kiseb man-nofs miljun ewro minn erba’ entitajiet differenti.

Dan joħroġ minn mistoqsija parlamentari li saret mid-Deputat Laburista Glenn Bedingfield.

Filfatt dan it-tagħrif juri li bejn l-elfejn u ħamsa u l-elfejn u tnax, id-ditta legali ta’ Delia, Aequitas Legal ħadet tmintax-il kuntratt minn erba’ entitajiet differenti.

Fost l-oħrajn, fl-elfejn u għaxra, fl-eqqel tar-riforma tal-Arriva, Adrian Delia ħa kuntratt mingħajr sejħa ta’ ftit aktar minn mija u wieħed tletin elf ewro mingħand Transport Malta.

L-uniku kuntratt li Delia ħa b’sejħa pubblika kien dak li ngħatalu mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol.

Hawnhekk il-kuntratt laħħaq iżjed minn mija u tnax-il elf ewro.

Sadanittant, Adrian Delia, li bħal Simon Busuttil jippriedka fuq it-trasparenza, ħa kuntratt ieħor b’direct order mingħand l-Awtorità tal-Artijiet.

Hawnhekk huwa tħallas bi ħmistax-il ewro u sebgħin ċenteżmu fis-siegħa iżda sa issa għad mhux magħruf kemm tħallas b’kollox Delia fuq dan il-kuntratt, li ma’ oħrajn, ngħatawlu bħal pastizzi minn sensiela ta’ Gvernijiet Nazzjonalisti.

 

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here