Home TVM (Bil-Malti) Bastiment rari jidħol fil-Port il-Kbir

Bastiment rari jidħol fil-Port il-Kbir

15
0
SHARE
Advertisement

Minn dgħajjes tal-pass sa vapuri tal-merkanzija u cruise-liners huma komuni fil-Port il-Kbir. Dalgħodu iżda, dehra mhux tas-soltu, bil-port laqa’ bastiment kbir bil-qlugħ li qanqal kurżità fost ħafna li nżertaw fl-inħawi.

Il-kanuni mis-saluting battery tal-Barrakka ta’ Fuq taw salut lill-bastiment Shabab Oman II hu u dieħel fil-Port il-Kbir. B’tul ta’ 85 metru, il-bastiment tal-qawwiet navali tal-Oman jintuża għat-taħriġ u jservi bħala ambaxxatur għall-Oman għax tul il-vjaġġi tiegħu jippromwovi l-istorja u l-kultura tal-pajjiż filwaqt li jagħti importanza lit-tradizzjonijiet ta’ ħbiberija u t-tolleranza.

Abbord is-Shabab Oman II, bl-isem ifisser “Żagħżugħ ta’ Oman”, jgħixu 58 baħri u uffiċjali flimkien ma’ 34 ruħ li għadhom qed jitħarrġu.

Il-kobor ta’ dan il-bastiment bil-qlugħ ġibed l-attenzjoni ta’ bosta Maltin u turisti li kienu l-Barrakka ta’ Buq jew fl-inħawi tal-Port. Is-Shabab Oman II se jdum Malta sa nhar it-Tnejn b’din il-waqfa ġiet organizzata minn Yachting Malta u l-Awtorita tat-Turiżmu. Shabab Oman II se jkun miftuħ għall-pubbliku l-Ħadd.

The post Bastiment rari jidħol fil-Port il-Kbir appeared first on TVM.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit TVM (Malti)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here