Home TVM (Bil-Malti) Il-Qorti terġa’ tagħti l-ħelsien lir-raġel li qed jistenna jgħaddi ġuri fuq qtil

Il-Qorti terġa’ tagħti l-ħelsien lir-raġel li qed jistenna jgħaddi ġuri fuq qtil

17
0
SHARE
Advertisement

Il-Qorti Kriminali ma laqgħetx it-talba tal-Avukat Ġenerali biex raġel li huwa suspettat ta’ hold up fuq karozza aktar kmieni dan ix-xahar jinżamm arrestat.

Dan wara li l-Avukat Ġenerali talab biex ikun revokat il-ħelsien mill-arrest li kien ingħata Ismael Habesh fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €9,000.

Ismael Habesh, Libjan ta’ 46 sena ngħata l-libertà proviżorja wara li kien akkużat b’hold up li seħħ f’Ħal Qormi. Skont l-investigazzjonijiet tal-Pulizija jidher li tliet persuni li kienu f’karozza nżammu minn irġiel armati u kienu talbu lis-sewwieq €20,000.

Sadanitant l-akkużat qed jistenna biex jibda ġuri dwar l-akkużi ta’ qtil ta’ Simon Grech, fl-2005.

Filwaqt li l-Qorti ppreseduta mill-Imħallef Antonio Mizzi ċaħdet it-talba tal-Avukat Ġenerali ordnat li jiżdied id-depożitu għal €5,000.

The post Il-Qorti terġa’ tagħti l-ħelsien lir-raġel li qed jistenna jgħaddi ġuri fuq qtil appeared first on TVM.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit TVM (Malti)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here