Home Net News Titnieda l-iskeda ġdida ta’ Net Television għall-2017/18

Titnieda l-iskeda ġdida ta’ Net Television għall-2017/18

12
0
SHARE

Minn Ottubru li ġej, Net Television u Radio 101 se jxandru skeda ġdida għas-sena li ġejja – b’aktar programmi informattivi, sportivi, kulturali, u ta’ divertiment li jolqtu l-gosti ta’ kulħadd.

Waqt it-tnedija tal-iskeda l-ġdida – ġie mħabbar li minbarra li jkomplu jiġu mxandra programmi bħal Net Live u Flusek li huma magħrufa mal-udjenza ta’ Net Television, se jkun hemm ukoll programmi ġodda li jkomplu jtejbu s-servizz.

Thabbar ukoll li Net News fl-iskeda l-gdida se jkollu dehra gdida waqt li se jkompli l-programm mtella mill-kamra tal-ahbarijiet NET Live prezentat minn Robert Cremona u Lisa Spiteri u l-programm Newsroom, prezentat minn Norman Vella. Se tkompli tissahhah ukoll il-website tal-ahbarijiet, netnews.com.mt.

Waqt l-attivita’ tat-tnedija, attendew numru ta’ preżentaturi u produtturi li se jtellaw il-programmi fuq Net Television u Radio 101. Din l-iskeda l-ġdida ġiet mnedija wkoll miċ-Chairperson ta’ Net Media, Rosette Thake.

Ikkummenta

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here