Home Net News “Rebħa għall-wirt kulturali Malti” – FAA

“Rebħa għall-wirt kulturali Malti” – FAA

8
0
SHARE
Advertisement

“Deċizzjoni favur il-wirt Malti” – L-FAA tħeġġeġ lill-pubbliku biex jibqa’ jkun il-leħen tal-wirt kulturali u l-ambjent Malti

Fi stqarrija l-Għaqda Flimkien għal Ambjent Aħjar qalet li tilqa’ bis-sħiħ id-deċizzjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar li ma titwaqax il-binja li tinsab fiċ-ċentru ta’ Tas-Sliema.

L-għaqda ambjentali qalet li f’Ottubru li għadda għamlet petizzjoni dwar l-iżvillup li kien propost quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar. Fl-istqarrija ntqal li kien hemm mal-500 mitt oġġezzjoni fejn kollha wrew tħassib fuq l-iżvilupp fuq din il-binja li tinsab fi Triq Stella Maris f’Tas-Sliema. 

L-iżvilupp li kien propost kien jinkludi f’binja t’appartamenti b’ħames sulari fejn kienet tinżamm biss il-faċċata tal-binja preżenti bħala tifkira għal dak li kien hemm qabel. L-FAA qalet li d-dar tinsab fil-qalba ta’ Tas-Sliema, u d-dar għandha karatteristiċi ewlenin li llum il-ġurnata qed jintilfu mal-iżvilupp li qed isir.

Flimkien għal Ambjent Aħjar qalu li l-Awtorità tal-Ippjanar biex tieħu d-deċizzjoni favur il-wirt Malti kellha tara dawn l-oġġezzjonijiet kollha. Hija qalet li dawn l-oġġezzjonijiet juru biċ-ċar li hemm bosta li għad għandhom il-wirt kulturali u l-ambjent għal qalbhom.

L-Għaqda ħeġġet lill-pubbliku biex jissieħeb ma’ assoċjazzjonijiet favur l-ambjent u l-Patrimonju Lokali biex il-kampanja favur dan tibqa’ tissaħħaħ.

Ikkummenta

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here