Home Net News Nies jinżlu fit-toroq sabiex jitwaqqaf żvilupp fis-Siġġiewi

Nies jinżlu fit-toroq sabiex jitwaqqaf żvilupp fis-Siġġiewi

4
0
SHARE

NET News attenda din l-laqgħa pubblika, u ħa l-kumment tar-residenti u s-Sindku

Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi organizza Laqgħa Pubblika fi triq li se tiġi affetwata minn żvilupp massiv li jinkludi aktar minn 80 post residenzjali, sheltered units, u diversi faċilitajiet oħra.

Din l-art li qed tiġi żviluppata tikkonfina ma’ tliet toroq Triq it-Tabib Nikol Zammit, Triq l-Imdina u Triq Dun Manwel Zammit – u f’din tal-aħħar residenti, familji u diversi persunaġġi niżlu jsemmgħu leħinhom kontra dan l-iżvilupp. NET News tkellem mar-residenti fejn bosta stqarru li dan hu proġett li se jkollu impatt fuq il-ħajja ta’ kuljum tagħhom, u kif ukoll fuq l-ambjent u l-identita’ tas-Siġġiewi.

Iżda minkejja r-rabja tar-residenti u l-istedina lid-deputati u Kunsilliera kollha – ħadd ma attenda bħala rappreżentat tal-Gvern Laburista jew Kunsilliera Lokali Laburisti fis-Siġġiewi.

NET News attenda din l-laqgħa pubblika, u ħa l-kumment tas-Sindku Alessia Psaila Zammit, fejn qalet li flimkien mad-diversi tentattivi biex issir konsultazzjoni mal-awtoritajiet, il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi beda wkoll petizzjoni li titlob lill-awtoritajiet biex minflok żvilupp esaġerat jagħmlu proġett sostenibbli, fejn jitnaqqsu r-residenzi, isiru aktar faċilitajiet għall-komunità u jkun hemm spazju pubbliku għar-rikreazzjoni tal-familji Siġġiwin. Il-Kunsill Lokali dejjem kien konsistenti fil-pożizzjoni tiegħu.

Il-Kunsill Lokali stqarr li mhux kontra proġetti bi skop soċjali iżda qed joġġezzjona għal dan l-iżvilupp massiv minħabba d-densità tiegħu u l-isfidi li se joħloq f’żona ċentrali fis-Siġġiewi.

Fost id-diversi residenti li niżlu fit-toroq, attendew ukoll id-deputati Nazzjonalisti Clyde Puli u Karol Aquilina, s-soċjologu Michael Brigulgio, l-eks deputat Nazzjonalista Albert Fenech, u l-Kunsilliera Lokali f’isem il-Partit Nazzjonalista.

Ikkummenta

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here