Home TVM (Bil-Malti) Miguel Maduro jikkritika lill-Infantino

Miguel Maduro jikkritika lill-Infantino

11
0
SHARE
Advertisement

L-Eks Chairman tal-kumitat tal-Governanza tal-FIFA Miguel Maduro qal li l-President tal-FIFA Gianni Infantino qatt ma missu neħieħ mill-kariga ta’ dan il-kumitat jekk il-FIFA xi darba xtaqet li tibqa’ kredibli.

Maduro tneħħa minn Chairman tal-kumitat tal-Governanza f’Mejju li għadda wara li l-kumiat li kien imexxi hu kien irrakomanda li Vladimir Mutko l-eks Deputat Prim Ministru u Ministru tal-Isport Russu ma’ jistax jerġa’ jikkontesta għall-ebda kariga fil-FIFA.

Maduro kien qed jixhed quddiem il-Culture, Media and Sport Select Committee fil-Parlament Ingliż.

Maduro li hu avukat Portugiz semma wkoll li aparti lilu l-FIFA waqqfet ukoll lil Cornel Borbely u lil Hans-Joachim Eckert milli jibqgħu jmexxu żewġ kumitati indipendenti tal-etika li fl-aħħar tliet snin kienu rrakomandaw li diversi uffiċjali jkunu sospiżi mill-karigi tagħhom fuq nuqqas ta’ tmexxija tajba u nuqqas ta’ trasparenza.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit TVM (Malti)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here