Home Net News Madwar 25 rapport fl-għassa ta’ San Ġiljan dwar qerq minn mara li...

Madwar 25 rapport fl-għassa ta’ San Ġiljan dwar qerq minn mara li tikri l-appartamenti

9
0
SHARE
Advertisement

Grupp kbir ta’ persuni fl-aħħar jiem ingidmu minn mara li qed tgħid li hi sidt ta’ blokka ta’ appartamenti meta fil-verità dawn mhux tagħha. Madankollu xorta waħda qed tiġbor il-flus għall-kiri tal-istess appartamenti.

Fl-aħħar sigħat fl-għassa ta’ San Ġiljan daħlu madwar 25 rapport, b’persuni oħra li avviċinaw lil Net News u nfurmawna li anke huma se jkunu qed iressqu ilment uffiċjali mal-Pulizija fuq frodi u qerq.

Net News għandu d-dettalji tal-mara li qed twettaq dan il-qerq, b’mod speċjali fuq barranin fosthom dawk ġejjin mill-Brażil u s-Serbja li spiċċaw iridu jaraw fejn se jorqdu wara li l-appartamenti mwegħda lilhom u li ħallsu għalihom ma jistgħux jaċċessawhom.

Uħud mill-barranin li avviċinawna spjegaw kif il-mara, omm residenti l-Imsida u li għandha 28 sena, aktarx li fil-verità taħdem bħala fattiga fil-blokka tal-appartamenti li tagħhom qed tiġbor id-depożiti mingħajr dritt.

Net News se jkompli jsegwi l-iżviluppi dwar dan il-każ.

Ikkummenta

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here