Home TVM (Bil-Malti) L-uragan Irma jaħsad il-ħajja ta’ sitta f’dar tal-anzjani

L-uragan Irma jaħsad il-ħajja ta’ sitta f’dar tal-anzjani

12
0
SHARE
Advertisement

L-uragan Irma ħasad il-ħajja ta’ sitt persuni oħra li kienu rikoverati f’dar tal-anzjani u r-rijabilitazzjoni fi Florida, li riżultat tal-maltemp spiċċat mingħajr provvista tal-elettriku.

Il-Pulizija qalu li mill-istess faċilità ġew evakwati mija u ħmistax-il resident. Hu stmat li riżultat tal-uragan mal-għaxar miljun persuna għadhom mingħajr provvista tal-elettriku fin-nofsinhar tal-Istati Uniti.

Intant, ġimgħa wara li l-uragan ħalla ħerba u qatel 40 persuna fil-Karibew, ħafna residenti qed iħossuhom abbandunati minħabba li għadhom fid-dlam u jinsabu mħassba ħafna min-nuqqas ta’ ikel u xorb.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit TVM (Malti)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here