Home TVM (Bil-Malti) Il-GRTU tilqa’ s-sistema ta’ twissija mill-gwardjani lokali

Il-GRTU tilqa’ s-sistema ta’ twissija mill-gwardjani lokali

7
0
SHARE
Advertisement

Il-Kamra Maltija għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (GRTU) laqgħet l-aħbar tal-LESA li l-gwardjan lokali wissew mall-5,400 xufier, wara s-sistema ta’ sitt twissijiet varata iktar kmieni din is-sena.

Il-GRTU qalet li din kienet waħda mill-proposti tagħha għar-riforma, fejn il-gwardjan lokali ikun l-Uffiċċjal li jwissi u jeduka u mhux biss li jħarrek.

Il-GRTU sostniet li dawk kollha li jabbużaw għandhom jiġu ppenalizzati, iżda qalet li kienet tinsab imħassba għal dawk li xogħolhom jiddependi mit-toroq, fosthom id-delivery persons.

Sadanittant il-GRTU qalet li tappoġġja l-proposta fejn jidħlu pieni aktar ħorox fuq l-użu tal-mobiles waqt is-sewqan.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit TVM (Malti)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here